| 1 |
L-ISTQARRIJA UNIVERSALI DWAR IL-JEDDIJIET TAL-BNIEDEM |
| 2 |
Kwalunkwe referenza għall-maskil, f’din l-Istqarrija qed tirreferi wkoll għall-femminil. |
| 3 |
|
| 4 |
DAĦLA |
| 5 |
Billi l-għarfien tad-dinjità proprja tal-membri kollha tal-familja umana u tad-drittijiet tagħhom ugwali li ma jistgħux jitteħdulhom hu s-sies tal-ħelsien, tal-ħaqq u tal-paċi fid-dinja, |
| 6 |
Billi t-tkasbir u ż-żebliħ tal-jeddijiet tal-bniedem ġabu magħhom għemejjel kiefra li weġġgħu l-kuxjenza tal-umanità, u l-miġja ta’ dinja fejn il-bnedmin ikunu ħielsa li jitkellmu u jemmnu, meħlusa mill-biża’ u mill-miżerja, kienet proklamata bħala l-ogħla xewqa tal-bniedem, |
| 7 |
Billi hu essenzjali li l-jeddijiet tal-bniedem ikunu mħarsa bil-ħakma tal-liġi biex il-bniedem ma jkunx imġiegħel, fl-aħħar mill-aħħar, li jqum kontra t-tirannija u l-moħqrija, |
| 8 |
Billi hu essenzjali li jkun imħeġġeġ l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet ta’ ħbieb bejn il-ġnus, |
| 9 |
Billi fl-Istatut il-popli tal-Ġnus Magħquda xandru mill-ġdid il-fidi tagħhom fil-jeddijiet fondamentali tal-bniedem, fid-dinjità u s-siwi tal-persuna umana, fil-jeddijiet ugwali tar-rġiel u tan-nisa, u qatgħuha li jġibu ’l quddiem il-progress soċjali u joħolqu kondizzjonijiet aħjar tal-ħajja f’libertà akbar, |
| 10 |
Billi l-Istati Membri wiegħdu biex, flimken mal-Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda, jiżguraw ir-rispett universali u effettiv tal-jeddijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fondamentali, |
| 11 |
Billi fehma komuni ta’ dawn il-jeddijiet u l-libertajiet hi tal-akbar importanza għat-twettiq sħiħ ta’ din il-wegħda, |
| 12 |
Għaldaqstant, l-ASSEMBLEA ĠENERALI xxandar DIN L-ISTQARRIJA UNIVERALI DWAR IL-JEDDIJIET TAL-BNIEDEM bħala għan komuni biex jintlaħaq mill-popli u mill-ġnus kollha, ħalli kull bniedem u kull organu tas-soċjetà, billi jżommu dejjem quddiemhom din l-istqarrija, iħabirku biex bit-tagħlim u bl-edukazzjoni jġibu ’l quddiem ir-rispett għal dawn il-jeddijiet u l-libertajiet u biex jiżgurawlhom, b’miżuri progressivi nazzjonali u internazzjonali, l-għarfien u l-ħarsien universali u effettiv, kemm fost il-popli tal-Istati Membri nfushom, kif ukoll fost dawk tal-artijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom. |
| 13 |
|
| 14 |
L-Artiklu 1. |
| 15 |
Il-bnedmin kollha jitwieldu ħielsa u ugwali fid-dinjità u d-drittijiet. Huma mogħnija bir-raġuni u bil-kuxjenza u għandhom iġibu ruħhom ma’ xulxin bi spirtu ta’ aħwa. |
| 16 |
|
| 17 |
L-Artiklu 2. |
| 18 |
Kulħadd hu intitolat għal dawn il-jeddijiet u l-libertajiet imxandra f’din l-Istqarrija, bla ebda għażla, bħal ta’ razza, lewn, sess, ilsien, reliġjon, opinjoni politika jew kull opinjoni oħra, oriġini nazzjonali jew soċjali, proprjetà, twelid jew kull qagħda oħra. |
| 19 |
Mhux biss, iżda l-ebda għażla m’għandha ssir fuq bażi tal-qagħda politika, ġuridika jew internazzjonali tal-pajjiż jew territorju li minnu tiġi l-persuna, kemm jekk tkun indipendenti, kemm jekk tkun fdata lil xi pajjiż ieħor, kemm jekk ma jkollhiex gvern tagħha kif ukoll jekk ikollha xi limiti oħra fis-sovranità tagħha. |
| 20 |
|
| 21 |
L-Artiklu 3. |
| 22 |
Kull bniedem għandu l-jedd għall-ħajja, għall-ħelsien u għas-sigurtà tal-persuna tiegħu. |
| 23 |
|
| 24 |
L-Artiklu 4. |
| 25 |
Ħadd m’għandu jinżamm ilsir jew fi stat li jixbah lil dak ta’ lsir. L-iskjavitù u n-negozju tal-ilsiera fl-għamliet kollha tagħhom m’għandhomx jitħallew isiru. |
| 26 |
|
| 27 |
L-Artiklu 5. |
| 28 |
Ħadd m’għandu jingħata tortura jew kastig jew trattament aħrax, li ma jixraqx lill-bniedem jew li jbaxxih. |
| 29 |
|
| 30 |
L-Artiklu 6. |
| 31 |
Kulħadd għandu l-jedd li jintgħaraf kullimkien bħala persuna quddiem il-liġi. |
| 32 |
|
| 33 |
L-Artiklu 7. |
| 34 |
Kulħadd huwa ndaqs quddiem il-liġi u għandu l-jedd, bla ebda għażla, għal protezzjoni ugwali mil-liġi. Kulħadd għandu l-jedd għal protezzjoni ndaqs kontra kull għażla li tikser din l-Istqarrija u kontra kull provokazzjoni għal għażla bħal din. |
| 35 |
|
| 36 |
L-Artiklu 8. |
| 37 |
Kulħadd għandu l-jedd quddiem it-tribunali nazzjonali kompetenti għal rimedji effettivi kontra l-ksur tal-jeddijiet fondamentali li lilu huma magħrufa mill-kostituzzjoni jew mil-liġi. |
| 38 |
|
| 39 |
L-Artiklu 9. |
| 40 |
Ħadd m’għandu jitħalla jkun imħarrek, miżmum il-ħabs jew itturufnat għalxejn b’xejn. |
| 41 |
|
| 42 |
L-Artiklu 10. |
| 43 |
Kulħadd għandu l-jedd b’ugwaljanza sħiħa li jkun mismugħ bil-ħaqq u fil-pubbliku minn tribunal indipendenti u imparzjali, li jiddeċiedi l-jeddijiet u d-dmirijiet tiegħu jew xi akkuża kriminali kontrieh. |
| 44 |
|
| 45 |
L-Artiklu 11. |
| 46 |
|
| 47 |
|
| 48 |
Kull min hu mixli bi ħtija li jistħoqqilha kastig għandu l-jedd li jkun meqjus bla ħtija sakemm il-ħtija tiegħu tkun pprovata skont il-liġi fi proċess pubbliku li fih ikollu l-garanziji kollha meħtieġa biex jiddefendi ruħu. |
| 49 |
|
| 50 |
|
| 51 |
Ħadd m’għandu jkun ikkundannat minħabba għemil jew tħollija ta’ għemil, li fiż-żmien meta twettqu ma kinux ħtijiet li jistħoqqilhom kastig skont il-liġi nazzjonali jew internazzjonali. Lanqas m’għandu jingħata kastig ikbar minn dak li kien jingħata meta twettqet il-ħtija. |
| 52 |
|
| 53 |
|
| 54 |
|
| 55 |
L-Artiklu 12. |
| 56 |
Ħadd m’għandu jkollu għalxejn b’xejn indħil fil-ħajja privata tiegħu, fil-familja tiegħu, f’daru jew fl-ittri tiegħu, u lanqas m’għandu jbati minn attakki fuq l-unur u l-fama tiegħu. Kulħadd għandu l-jedd għall-protezzjoni mil-liġi kontra kull indħil jew attakki bħal dawn. |
| 57 |
|
| 58 |
L-Artiklu 13. |
| 59 |
|
| 60 |
|
| 61 |
Kulħadd għandu l-jedd li jmur bil-libertà minn imkien għal ieħor u li jagħżel fejn joqgħod ’il ġewwa mill-fruntieri ta’ kull Stat. |
| 62 |
|
| 63 |
|
| 64 |
Kulħadd għandu l-jedd li jħalli pajjiż, ukoll dak tiegħu, u li jerġa’ lura fih. |
| 65 |
|
| 66 |
|
| 67 |
|
| 68 |
L-Artiklu 14. |
| 69 |
|
| 70 |
|
| 71 |
Kulħadd għandu l-jedd li jfittex u jgawdi f’pajjiżi oħra l-kenn mill-persekuzzjoni. |
| 72 |
|
| 73 |
|
| 74 |
Dan il-jedd ma jistax jintuża fil-każ ta’ persekuzzjonijiet fondati tassew fuq ħtija kontra l-liġi komuni jew fuq għemejjel kontra l-għanijiet u l-prinċipji tal-Ġnus Magħquda. |
| 75 |
|
| 76 |
|
| 77 |
|
| 78 |
L-Artiklu 15. |
| 79 |
|
| 80 |
|
| 81 |
Kulħadd għandu l-jedd għan-nazzjonalità. |
| 82 |
|
| 83 |
|
| 84 |
Ħadd m’għandu jkun imċaħħad għalxejn b’xejn min-nazzjonalità tiegħu, lanqas mid-dritt li jbiddilha. |
| 85 |
|
| 86 |
|
| 87 |
|
| 88 |
L-Artiklu 16. |
| 89 |
|
| 90 |
|
| 91 |
L-irġiel u n-nisa li għandom l-età tagħhom taż-żwieġ, għandhom il-jedd jiżżewġu u jwaqqfu familja mingħajr xkiel minħabba r-razza, in-nazzjonalità jew ir-reliġjon tagħhom. Huma għandhom jeddijiet indaqs għaż-żwieġ, matul iż-żwieġ u meta dan jinħall. |
| 92 |
|
| 93 |
|
| 94 |
Iż-żwieġ m’għandux isir mingħajr il-ftehim ħieles u sħiħ taż-żewġ għarajjes. |
| 95 |
|
| 96 |
|
| 97 |
Il-familja hi l-element naturali u fondamentali tas-soċjetà u għandha l-jedd għall-protezzjoni mis-soċjetà u mill-Istat. |
| 98 |
|
| 99 |
|
| 100 |
|
| 101 |
L-Artiklu 17. |
| 102 |
|
| 103 |
|
| 104 |
Kulħadd għandu l-jedd għall-proprjetà, kemm tiegħu waħdu kif ukoll bi sħab m’oħrajn. |
| 105 |
|
| 106 |
|
| 107 |
Ħadd m’għandu għalxejn b’xejn ikun imċaħħad minn ġidu. |
| 108 |
|
| 109 |
|
| 110 |
|
| 111 |
L-Artiklu 18. |
| 112 |
Kulħadd għandu l-jedd għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon; dan il-jedd iħaddan il-libertà li wieħed ibiddel ir-reliġjon jew il-konvinzjoni tiegħu u li jkun ħieles, kemm waħdu jew m’oħrajn, fil-beraħ jew fil-privat, jistqarr ir-reliġjon jew il-konvinzjoni tiegħu fit-tagħlim, fl-għemejjel, fil-qima u fil-ħarsien tiegħu. |
| 113 |
|
| 114 |
L-Artiklu 19. |
| 115 |
Kulħadd għandu l-jedd għal-libertà li jżomm l-opinjoni tiegħu u li jfissirha; dan iħaddan il-jedd li wieħed iżomm opinjonijiet mingħajr indħil u li jkun jista’ jfittex jirċievi u jgħaddi tagħrif u ideat bil-mezzi li jidhirlu, irrispettivament mill-fruntieri. |
| 116 |
|
| 117 |
L-Artiklu 20. |
| 118 |
|
| 119 |
|
| 120 |
Kulħadd għandu l-jedd għal-libertà li jiltaqa’ u jissieħeb ma’ oħrajn fil-paċi. |
| 121 |
|
| 122 |
|
| 123 |
Ħadd m’għandu jkun imġiegħel li jissieħeb f’xi għaqda. |
| 124 |
|
| 125 |
|
| 126 |
|
| 127 |
L-Artiklu 21. |
| 128 |
|
| 129 |
|
| 130 |
Kulħadd għandu l-jedd li jieħu sehem fil-gvern ta’ pajjiżu, direttament jew permezz ta’ rappreżentanti magħżula bil-libertà. |
| 131 |
|
| 132 |
|
| 133 |
Kulħadd għandu l-jedd ugwali li jidħol għas-servizzi pubbliċi ta’ pajjiżu. |
| 134 |
|
| 135 |
|
| 136 |
Ir-rieda tal-poplu għandha tkun is-sies tal-awtorità tal-gvern; din ir-rieda għandha tintwera f’elezzjonijiet ġenwini li għandhom isiru minn żmien għal żmien li fihom jivvota kulħadd b’vot indaqs u sigriet jew inkella skont proċeduri bħalhom li jiżguraw il-libertà tal-vot. |
| 137 |
|
| 138 |
|
| 139 |
|
| 140 |
L-Artiklu 22. |
| 141 |
Kulħadd, bħala membru tas-soċjetà, għandu l-jedd għas-sigurtà soċjali u għandu l-jedd li jissodisfa, permezz tal-isforz nazzjonali u l-koperazzjoni internazzjonali u skont l-organizzazzjoni u r-riżorsi ta’ kull Stat, il-jeddijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali li mingħajrhom ma jistax iżomm id-dinjità tiegħu u jiżviluppa bil-libertà l-personalità tiegħu. |
| 142 |
|
| 143 |
L-Artiklu 23. |
| 144 |
|
| 145 |
|
| 146 |
Kulħadd għandu l-jedd għax-xoghol, għall-għażla ħielsa tal-impjieg, għal kondizzjonijiet ta’ xogħol ġusti u favorevoli u għall-protezzjoni mill-qgħad. |
| 147 |
|
| 148 |
|
| 149 |
Kulħadd, bla ebda għażla, għandu l-jedd għal ħlas indaqs għal xoghol indaqs. |
| 150 |
|
| 151 |
|
| 152 |
Kull min jaħdem għandu l-jedd għal ħlas ġust u favorevoli li jiżgura lilu u lill-familja tiegħu għajxien li jixraq lid-dinjità umana, u li jkun miżjud, jekk jeħtieġ, minn kull mezz ieħor ta’ protezzjoni soċjali. |
| 153 |
|
| 154 |
|
| 155 |
Kulħadd għandu l-jedd jifforma trade unions u jissieħeb fihom għall-protezzjoni tal-interessi tiegħu. |
| 156 |
|
| 157 |
|
| 158 |
|
| 159 |
L-Artiklu 24. |
| 160 |
Kulħadd għandu l-jedd għall-mistrieħ u għall-btajjel, kif ukoll għal limitazzjoni ta’ ħin raġjonevoli ta’ xogħol u għal vaganzi perjodiċi mħallsin. |
| 161 |
|
| 162 |
L-Artiklu 25. |
| 163 |
|
| 164 |
|
| 165 |
Kulħadd għandu l-jedd għal livell ta’ ħajja suffiċjenti biex jiżguralu saħħtu, għajxien tajjeb għalih u għall-familja tiegħu, speċjalment f’dak li hu ikel, ilbies, dar, kura medika kif ukoll servizzi soċjali meħtieġa; għandu wkoll il-jedd għas-sigurtà f’każ ta’ qgħad, mard, mankament, irmulija, xjuħija u fil-każi l-oħra meta minħabba ċirkostanzi li ma jkollux kontroll fuqhom jitlef il-mezzi tal-għajxien. |
| 166 |
|
| 167 |
|
| 168 |
L-ommijiet u t-tfal għandhom il-jedd għall-kura u għal għajnuna speċjali. It-tfal kollha, kemm jekk twieldu fiż-żwieġ u kemm barra minnu, għandhom igawdu l-istess protezzjoni speċjali. |
| 169 |
|
| 170 |
|
| 171 |
|
| 172 |
L-Artiklu 26. |
| 173 |
|
| 174 |
|
| 175 |
Kulħadd għandu l-jedd għall-edukazzjoni. L-edukazzjoni għandha tkun b’xejn, għall-inqas fil-gradi elementari u fondamentali tagħha. L-edukazzjoni elementari għandha tkun obbligatorja. L-edukazzjoni teknika u professjonali għandu jkun jista’ jagħmel użu minnha kulħadd; l-edukazzjoni universitarja għandha tkun miftuħa b’mod ugwali għal dawk kollha li jistħoqqilhom. |
| 176 |
|
| 177 |
|
| 178 |
L-edukazzjoni għandu jkollha bħala għan l-iżvilupp sħiħ tal-personalità umana u li ssaħħaħ ir-rispett għall-jeddijiet u għal-libertajiet fondamentali tal-bniedem. Għandha tħeġġeġ il-ftehim, it-tolleranza u l-ħbiberija fost in-nazzjonijiet, ir-razez jew il-gruppi reliġjużi kolha u għandha tmexxi ’l quddiem il-ħidmiet tal-Ġnus Magħquda għaż-żamma tal-paċi. |
| 179 |
|
| 180 |
|
| 181 |
Il-ġenituri għandhom l-ewwel jedd li jagħżlu l-għamla ta’ edukazzjoni li tingħata ’l uliedhom. |
| 182 |
|
| 183 |
|
| 184 |
|
| 185 |
L-Artiklu 27. |
| 186 |
|
| 187 |
|
| 188 |
Kulħadd għandu l-jedd li jieħu sehem bil-libertà fil-ħajja kulturali tal-komunità, li jgawdi l-arti u li jaqsam fil-progress xjentifiku u fil-ġid li jġib miegħu dan il-jedd. |
| 189 |
|
| 190 |
|
| 191 |
Kulħadd għandu l-jedd li jkollu l-protezzjoni għall-interessi morali u materjali tiegħu meta jkun l-awtur ta’ produzzjoni xjentifika, letterarja jew artistika. |
| 192 |
|
| 193 |
|
| 194 |
|
| 195 |
L-Artiklu 28. |
| 196 |
Kulħadd hu intitolat għal ordni soċjali u internazzjonali li fih il-jeddijiet u l-libertajiet imxandra f’din l-Istqarrija jkunu jistgħu jitwettqu tassew. |
| 197 |
|
| 198 |
L-Artiklu 29. |
| 199 |
|
| 200 |
|
| 201 |
Kulħadd għandu dmirijiet lejn il-komunità li fiha biss jista’ jwettaq l-iżvilupp ħieles u sħiħ tal-personalità tiegħu. |
| 202 |
|
| 203 |
|
| 204 |
Fit-tħaddim tal-jeddijiet u tal-libertajiet tiegħu, kull wieħed għandu jkollu biss dawk il-limitazzjonijiet li jiġu mil-liġi, li għandha biss bħala għan li tiżgura l-għarfien u r-rispett għall-jeddijiet u l-libertajiet tal-oħrajn u li tissodisfa dak li ġustament jitolbu l-morali, l-ordni pubbliku u l-ġid komuni f’soċjetà demokratika. |
| 205 |
|
| 206 |
|
| 207 |
Dawn il-jeddijiet u l-libertajiet ma jistgħu fl-ebda każ jitħaddmu kontra l-għanijiet u l-prinċipji tal-Ġnus Magħquda. |
| 208 |
|
| 209 |
|
| 210 |
|
| 211 |
L-Artiklu 30. |
| 212 |
Xejn f’din l-Istqarrija ma jista’ jkun mifhum li jagħti lil xi Stat, għaqda jew persuna l-jedd li tagħmel xi ħidma jew li twettaq xi għemil bil-għan li teqred xi jeddijiet jew libertajiet li huma mxandra hawnhekk. |
| 213 |
|